DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

5 ta’ Mejju 2010

Kawża F-94/09

Vladimir Nikolchov

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu V. Nikolchov, membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-15 ta’ Jannar 2009, u sussegwentement uffiċjal ta’ din l-istess istituzzjoni mis-16 ta’ Jannar 2009, jitlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Lulju 2009, li tiċħad, fil-mument tat-tieni dħul fil-funzjonijiet tiegħu, l-allowance ta’ kuljum stabbilita mill-Artikolu 10(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑94/09, Nikolchov vs Il‑Kummissjoni, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Ir-rikorrent jirtira r-rikors tiegħu, inkluż fir-rigward tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni tħallas is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 500 lir-rikorrent, bħala sehem fl-ispejjeż ta’ dan tal-aħħar. Ir-rikorrent ibati l-bqija tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali — Rikorsi — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli69 u74)