Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-35/11)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Rybánsky, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jagħti lir-rikorrent biss nofs l-allowance ta' installazzjoni li normalment hu intitolat għaliha.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (Unità tad-Drittijiet Individwali) tat-28 ta' Mejju 2010 dwar l-allokazzjoni tal-allowance ta' installazzjoni lir-rikorrent f'dik il-parti li tistabbilixxi l-allowance ta' installazzjoni għal perijodu ta' xahar biss tas-salarju bażiku u li ma tikkonċedix l-allowance ta' installazzjoni ekwivalenti għal xahrejn tas-salarju bażiku;

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

____________