Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Poslovni Sistem Mercator vs UASI - Mercator Multihull (MERCATOR STUDIOS)
(Kawża T-417/09)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MERCATOR STUDIOS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti Mercator u Mercator Slovenska košarica - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta' effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Poslovni Sistem Mercator d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Curell Aguilà, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mercator Multihull, Inc. (Vancouver, il-Kanada)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Lulju 2009 (Każ R 1031/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Poslovni Sistem Mercator d.d. u Mercator Multihull, Inc.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Poslovni Sistem Mercator d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 297, 05.12.2009.