Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs BEI

(Kawża F-82/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli li tiċħad l-appell tar-rikorrent kontra r-riżultat tat-tieni evalwazzjoni globali fuq il-ħidma mwettqa fl-2007.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Frar 2012: safejn il-Kumitat tal-Appelli:

ċaħad l-appell kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2007, imressaq fl-2011 wara t-tħassir ta’ dak imfassal fl-2008, kif mitlub mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011, li ddeċidiet ir-rikors F-59/09;

ċaħad l-appell tiegħu kontra r-rifjut ta’ rakkomandazzjoni tal-promozzjoni tiegħu, li rriżulta mill-annullament deċiż mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bl-istess sentenza tat-8 Marzu 2011;

ċaħad id-deċiżjoni fuq il-mertu u, li sempliċement iddeċieda fuq il-leġittimità, ċaħad id-dritt lir-rikorrent li ssirlu t-tieni evalwazzjoni effettiva tal-ħidma;

jannulla l-promozzjonijiet deċiżi fid-29 ta’ April 2008, fid-dawl tal-opinjoni espressa mis-superjuri tiegħu, il-BEI naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni fil-punt “Promotions from Function E to D”;

jannulla l-atti kollha relatati, riżultanti u preżunti, fosthom ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2007, fl-intier tiegħu u l-evalwazzjoni magħmula mis-superjuri tiegħu, anki fil-parti fejn ma jissuġġerixxix il-marka A jew B + u l-promozzjoni tar-rikorrent għall-grad D u, jekk ikun il-każ, wara d-dikjarazzjoni ta’ illegalità u nuqqas ta’ applikazzjoni tal-linji gwida, għall-inqas fil-parti fejn iddaħħlu restrizzjonijiet kwantitattivi illeġittimi fuq l-għadd ta’ impjegati li jistgħu jibbenefikaw minn ġudizzju fil-qosor bil-marka A jew B +;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.