Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-6 ta’ Novembru 2020 – EuroChem Agro Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-583/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EuroChem Agro Hungary Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jeċċedi l-limiti tal-possibbiltà li l-imsemmija dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri reġim ta’ sanzjonijiet li, fil-każ tal-persuni taxxabbli kklassifikati bħala persuni taxxabbli ta’ riskju, ma jippermettix, fil-każ ta’ ksur minuri relatat mal-Elektronikus Közúti Áruforgalom Ellenőrző Rendszer (EKAER) (is-sistema ta’ kontroll elettroniku tat-traffiku tal-merkanzija bit-triq), l-impożizzjoni ta’ multa għal ammont inqas minn 30 % fuq l-40 % tal-valur tal-merkanzija ttrasportata u lanqas il-maħfra tal-multa?

L-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li sanzjoni ta’ tali ammont tmur (sproporzjonatament) lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan, irrikonoxxut fl-imsemmi artikolu, ta’ ġbir tat-taxxa u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali?

L-Artikolu 26(2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reġim ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-persuni taxxabbli ta’ riskju jostakola t-twettiq tal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.