DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

8 ta’ Frar 2011

Kawża F-60/10

Fulvia Chiavegato

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju — Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu F. Chiavegato titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Novembru 2009, li tiddeċiedi li ma tinkludihx fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AST 6 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑60/10 F.Chiavegato vs Il‑Kummissjoni għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69)