Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Settembru 2011 - De Nicola vs BEI

(Kawża F-13/10) 1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Rikors għal kumpens - Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrent fil-konfront tal-evalwazzjoni tar-rendiment tiegħu matul l-2008, kif ukoll għall-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni 2008. Min-naħa l-oħra, talba sabiex il-BEI jiġi kkundannat jagħmel tajjeb għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

C. De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010, p. 53.