Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 - 1-2-3.TV vs UASI - Zweites Deutsches Fernsehen u Televersal Film- und Fernseh-Produktion (1-2-3. TV)
(Kawża T-440/08)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 1-2-3.TV GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u E. Nicolás Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zweites Deutsches Fernsehen (Mainz, il-Ġermanja) u Televersal Film- und Fernseh-Produktion GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 (Każ R 1076/2007-1), u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: 1-2-3.TV GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "1-2-3.TV" għas-servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 - Applikazzjoni Nru 3.763.133
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokati in sostenn tal-oppożizzjoni: Zweites Deutsches Fernsehen und Televersal Film- und Fernseh-Produktion GmbH
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark nazzjonali "1, 2 ODER 3 ZDF-ORF-SFDRS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 9, 12, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 32, 35, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 peress li, minħabba l-impressjoni differenti mogħtija mit-trade marks kunfliġġenti mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejniethom.
____________