Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2007 - Acosta Iborra et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Beatriz Acosta Iborra (Alkmaar, l-Olanda) u oħrajn (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tippubblika l-lista ta' l-uffiċjali promossi abbażi ta' l-eżerċizzju ta' promozzjoni 2006, safejn il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-eliġibbiltà tar-rikorrenti għall-promozzjoni għall-eżerċizzju ta' promozzjoni 2006 u safejn isimhom ma jidhirx fuq il-lista ta' l-uffiċjali promossi ;

jekk ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjonijiet espliċiti tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2007 li jiċħdu l-ilment imressaq mir-rikorrenti abbażi ta' l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropew (Regolamenti), fis-16 ta' Frar 2007 ;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jinvokaw motivi li jixbħu ħafna lil dawk invokati fil-kawża F-92/07, li l-avviż tagħha huwa ppubblikat f'dan l-istess numru tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

____________