Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Frar 2024 – Hong Kong NetEase Interactive Entertainment vs EUIPO – Medion (LifeAfter)
(Kawża T-175/23) 1
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni– Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LifeAfter” – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea LIFE— Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hong Kong NetEase Interactive Entertainment Ltd (Sheung Wan, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Medion AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel et S.-M. Bonanni,)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 557/2022-5)
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Hong Kong NetEase Interactive Entertainment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Medion AG.
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
____________
1 ĠU C 179, 22.5.2023.