Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2021 – Kubara vs EUIPO (good calories)

(Kawża T-602/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Kubara sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: A. Suskiewicz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “good calories” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 193 512

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lujlu 2021 fil-Każ R 2167/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali fid-dawl tar-reġistrazzjoni, mill-EUIPO, tas-sinjali “Fit calories” u “GREEN CALORIES” bħala trade marks Komunitarji;

Nuqqas ta’ twettiq, mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, ta’ analiżi sħiħa tal-lista ta’ prodotti u servizzi li għalihom ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni għat-trade mark kontenzjuża.

____________