Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J-M.-E.V. e hijos (MESSI)

(Kawża T-554/14)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MESSI – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MASSI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 35, 36, 65 sa 67)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 37)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea– Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva MESSI u trade marks verbali MASSI

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 42, 56, 61 sa 64, 75 sa 78)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 57)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatti magħrufa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))

(ara l-punt 60)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 70)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kapaċità tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 73)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J-M.-E.V. e hijos u L. Messi Cuccittini.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini.

3)

J-M.-E.V. e hijos, SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.