Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju - Pedeferri et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Stefano Pedeferri (Sangiano, L-Italja) et (rappreżentant: G. Vistoli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Dikjarazzjoni tal-istatus ta' membru tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea tar-rikorrenti u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom mal-persunal taċ-Centro comuni di ricerca di Ispra. Barra minn hekk, il-ħlas ta' kumpens materjali u morali subit minn kull wieħed minnhom.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata u tiddikjara li r-relazzjoni ta' impjieg tar-rikorrenti ġie konkretament ikkostitwit bi ksur manifest tal-Liġi Nru 1369/60 tal-Istat Taljan u, b'hekk, tiddikjara li kull relazzjoni ta' impjieg tar-rikorrenti ġiet ikkostitwita mal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-kundizzjonijiet kuntrattwali, ta' remunerazzjoni u ta' sigurtà soċjali skont il-kompentenzi assenjati, għal kull wieħed mir-rikorrenti, mid-data tal-bidu tas-servizz effettiv, jew data oħra li għandha tiġi kkonstatata matul il-proċeduri;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tintegra lir-rikorrenti mill-ġdid mal-persunal attiv fi ħdan iċ-Centro comune di ricerca di Ispra, flimkien mal-kundizzjonijiet legali, fiskali u ta' sigurtà soċjali applikabbli;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas lir-rikorrenti tal-ammonti kollha dovuti lilhom fil-kapaċità tagħhom bħala impjegati taċ-Centro comune di ricerca, biex barra minn hekk tillikwida d-differenza fl-ammonti tas-sigurtà soċjali u ta' kura tas-saħħa, skont kif jirriżulta l-ammont dovut meta tingħata s-sentenza, skont l-istatus legali u ekonomiku applikat għall-membri tal-persunal tal-Unjoni Ewropea impjegati bil-kompetenzi ta' membru tal-persunal awżiljarju fil-qasam tas-sigurtà.

tirrikonoxxi fil-konfront ta' kull wieħed mir-rikorrenti, bħala kumpens għad-dannu materjali u morali is-somma ekwivalenti għal 50 % tal-ammont dovut lilhom għar-raġunijiet inkwistjoni, u fi kwalunkwe każ, mhux inferjuri għal EUR 50 000.

____________