Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 – AIC vs UASI - ACV Manufacturing (Heat exchangers)
(Kawża T-615/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 291/2012-3;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura preżenti u dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn għall-prodott deskritt bħala “heat exchangers” – Disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 1 618 703-0001
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: allegazzjoni li d-disinn ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-Artikoli 5 u 6 u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: id-disinn Komunitarju rreġistrat u kkontestat ġie ddikjarat bħala invaliduDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.