Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - Van Neyghem vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/06)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Konkors ġenerali - Evalwazzjoni ta' l-eżami bil-miktub - Terminu li fih kellu jitressaq l-ilment - Ammissibbilità - Obbligu ta' motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kris Van Neyghem (Vissenaken, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues, A. Jaume u C. Bernard-Glanz, avukati, u mbagħad S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M. Velardo)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO ta' l-1 ta' Ġunju 2005 li tirrifjuta lir-rikorrent aċċess għall-parti orali tal-konkors EPSO/A/19/04 minħabba r-riżultat insuffiċjenti tiegħu fil-parti bil-miktub, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens ta' danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 190,12.08.2006, p.37.