Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2012 – Ciora vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/12)

(Servizz Pubbliku – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/198/10 – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni – Rikors – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Cătălin Ion Ciora (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Bondoc, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz Pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/198/10 Kapijiet ta’ Diviżjoni ta’ ċittadinanza Rumena (AD9) li ma jaċċettax il-kanditatura tar-rikorrent.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.C. Ciora għandu jbati l-ispejjeż tiegħu