Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Inċident – Talba għall-inklużjoni ta’ dokument fil-fajl tal-inċident – Ċaħda – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fil-15 ta’ Marzu 2010 u l-kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 2 000 lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

____________

1 ĠU C 113, 09.04.2011, p. 22.