Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 – Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/09) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami orali wara r-riżultati miksuba fl-eżamijiet bil-miktub – Talbiet għal eżami mill-ġdid – Dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess għal ċertu informazzjoni li tikkonċernahom – Suġġett u portata – Dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti – Assenza)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Díez Lorenzo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li biha r-rikorrenti ma titħalliex tipparteċipa fl-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08 u li tirrifjutalha l-aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti u, min-naħa l-oħra, għall-annullament, b’effett retroattiv, tal-lista ta’ riżerva ppubblikata wara l-eżamijiet tal-kompetizzjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn E. Cuallado Martorell.