Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Xellia Pharmaceuticals u Alpharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-dipressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Ostakoli għad-dħul fis-suq derivanti mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehim konkluż bejn proprjetarj ta’ privattivi u impriża ta’ ġeneriċi – Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Multi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ legalità tal-pieni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xellia Pharmaceuticals ApS (Copenhagen, id-Danimarka) u Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC (Florham Park, New Jersey, l-Istati Unitit) (rappreżentant: D. Hull, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn B. Rayment, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT/39226 – Lundbeck), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 325, 9.11.2013.