Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-111/19) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Dritt għall-proprjetà – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Évariste Boshab huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 139, 15.4.2019.