Rikors ippreżentat fil-15 taʼ Frar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno, B. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni tat-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrenti ppreżentata mill-OIL.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali kkawżat lir-rikorrenti bid-deċiżjoni kkontestata li għandu jiġi evalwat fl-ammont li jikkorrispondi għad-differenza, mix-xahar ta’ Ottubru 2011 sal-mument li fih hija ġiet irreklutata fil-GF III, bejn il-pagamenti li jikkorrispondu għal GF III u dawk li hija kompliet tirċievi bħala AC tal-GF II, miżjuda bl-interessi korrispondenti mid-data ta’ maturità ta’ kull paga mensili sad-data tal-pagament effettiv tagħhom.jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.