Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Gmina Wieliszew vs Amministratur tal-massa fallimentari ta’ Spółdzielczy Bank Rzemiosła i Rolnictwa f’Wołomin, fi stralċ

(Kawża C-698/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Gmina Wieliszew

Konvenuti: Amministratur tal-massa fallimentari ta’ Spółdzielczy Bank Rzemiosła i Rolnictwa f’Wołomin, fi stralċ

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 1 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u b’mod partikolari l-punt 5 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3, 4, 57(1), 70 u 80 tiegħu, u r-regolament attwali, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, u b’mod partikolari l-punt 15 tal-Artikolu 2 u l-Artikoli 37(1), 66, 67(1), 74(1) u 89(1) tiegħu, għandhom jiġu intepretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lil entità, li tkun irċeviet fondi li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, milli tadixxi qorti b’mod effettiv sabiex dawn il-fondi jiġu esklużi mill-massa fallimentari, jekk dawn ikunu tħallsu lejn kont tal-bank miżmum f’bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, jew leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teskludix tali fondi mill-massa fallimentari tal-bank fallut?

____________

1 ĠU 2006, L 210, p. 25, rettifiki fil-ĠU 2006, L 239, p. 248, fil-ĠU 2007, L 145, p. 38, fil-ĠU 2007, L 164, p. 36, u fil-ĠU 2008, L 301, p. 40.

2 ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifiki fil-ĠU 2016, L 200, p. 140 u fil-ĠU 2019, L 66, p. 6.