Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għal dikjarazzjoni li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011, huwa illegali u inapplikabbli, u għall-annullament tad-deċiżjoni rigward it-trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika dawn id-DĠI ġodda.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali u, għaldaqstant, inapplikabbli;tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2013 li żżid id-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.