Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) - ir-Renju Unit) – Bookit, Ltd vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-607/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE– Eżenzjoni – Artikolu 135(1)(d) – Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-ħlasijiet u t-trasferimenti – Kunċett – Xiri permezz tat-telefon jew fuq l-internet tal-biljetti taċ-ċinema – Ħlas permezz ta’ karta ta’ debitu jew karta ta’ kreditu – Servizzi magħrufa bħala ‘pproċessar tal-ħlas bil-karta’)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bookit, Ltd

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li hemm prevista fih għat-tranżazzjonijiet dwar il-ħlasijiet u t-trasferimenti ma tapplikax għal servizz magħruf bħala “pproċessar tal-ħlas bil-karta ta’ debitu jew bil-karta ta’ kreditu”, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija mill-persuna taxxabbli, fornitur ta’ dan is-servizz, meta persuna tixtri, permezz ta’ dan il-fornitur, biljett taċ-ċinema li jbigħ għan-nom u f’isem entità oħra, li din il-persuna tħallas permezz ta’ karta ta’ debitu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu.

____________

1 ĠU C 81, 9.3.2015.