Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Ottubru 2012 - Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/11) 

("Rikors għad-danni - Għajnuna mill-Istat - Preskrizzjoni - Dannu li jagħti lok għal kumpens - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni manifesta")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Régie Networks (Lyon, Franza) u NRJ Global (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Geneste u C. Vannini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Thomas, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni ippreżentat abbażi tal-Artikolu 340 TFUE sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofrew, minn naħa, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta' Novembru 1997, dwar l-għajnuna mill-Istat N 679/97 , allegatament illegali u, min-naħa l-oħra, minħabba ksur allegat tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba li jirriżulta min-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni li tirrimedja għall-effetti dannużi li kellha din id-Deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Régie Networks u NRJ Global huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.