Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Ġunju 2024 – C vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-387/24, Bouskoura 1 )

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domanda preliminari

Il-parti introduttiva tal-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 1 , l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali 2 u l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 3 , moqrija flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja hija dejjem obbligata li tillibera immedjatament il-persuna mqiegħda f’detenzjoni jekk id-detenzjoni kienet jew kienet saret illegali fi kwalunkwe mument matul l-eżekuzzjoni mhux interrotta ta’ sensiela ta’ miżuri ta’ detenzjoni suċċessivi?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2008, L 348, p. 98.

1     ĠU 2013, L 180, p. 96.

1     ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.