Rikors ippreżentat fid-19 ta Diċembru 2007 - Kaminska vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-142/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Magdalena Kaminska (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, S. Engelen, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' April 2007 u tas-6 ta' Settembru 2007, li jiċħdu lir-rikorrenti l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum u jiċħdu n-nota tagħha tas-6 ta' Ġunju 2007 u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' imgħaxijiet ta' dewmien fuq is-somom dovuti bħala allowance ta' kuljum, sal-ħlas kollu tas-somom dovuti.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta' April 2007 li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum;
tannulla, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta' Settembru 2007 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti;
tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas ta' imgħaxijiet ta' dewmien dovuti fuq is-somom ta' kuljum dovuti bħala allowance ta' sussistenza ta' kuljum, wara s-16 ta' April 2006, sal-ħlas tas-somom dovuti;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
____________