Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2024 – Doorinn vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ tikketta fuq saqqu)
(Kawża T-147/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Doorinn GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Brexl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsisti fil-pożizzjoni ta’ tikketta fuq saqqu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 718 069
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 986/2023-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________