Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Lulju 2011 - Cemex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/11 R)

["Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cemex SAB de CV (Monterrey, il-Messiku); New Sunward Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Cemex España, SA (Madrid, Spanja); Cemex Deutschland AG (Ratingen, il-Ġermanja); Cemex UK (Egham, Surrey, ir-Renju Unit); Cemex Czech Operations s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Cemex France Gestion (Rungis, Franza); u Cemex Austria AG (Langenzersdorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez, H. González Durántez u B. Martínez Corral, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, F. Castilla Contreras u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn J. Rivas, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2360 finali, tat-30 ta' Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________