DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLLIKU
(It-Tielet Awla)
18 ta’ Novembru 2009
Kawża F-11/05 RENV
Olivier Chassagne
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Rinviju lit-Tribunal wara annullament – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni ”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, minn O. Chassagne u rreġistrat bir-referenza F‑11/05. Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Ġunju 2006, Chassagne vs Il-Kummissjoni (F‑11/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑65 u II‑A‑1‑241), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors tar-rikorrent bħala manifestament inammissibbli. Permezz ta’ sentenza, mogħtija fl-appell, tad-19 ta’ Settembru 2008, Chassagne vs Il-Kummissjoni (T‑253/06 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), il-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-digriet tad-29 ta’ Ġunju 2006, Chassagne vs Il‑Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq) u rrinvijat il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Deċiżjoni: Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-kawża F‑11/05 RENV, Chassagne vs Il-Kummissjoni, li tħassret mir-Reġistru tat-Tribunal. Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż li r-rikorrent sostna sakemm ingħatat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Settembru 2008. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż li sostniet wara li ngħatat dik is-sentenza.
Sommarju
Proċedura – Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent – Rikors li sar bla skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 75)
Sabiex issir amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu, meta jkun hemm nuqqas ta’ azzjoni persistenti min-naħa ta’ rikorrent, jikkonstata ex officio, skont l-Artikolu 75 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li rikors ma għadx għandu skop u li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.
(ara l-punt 28)
Referenza:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 20 ta’ Ġunju 2008, Leclercq vs Il-Kummissjoni, T‑299/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra