Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – Italia Wanbao-ACC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-583/20) 1
(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq tal-kompressuri ta’ refriġerazzjoni ermetiċi b’veloċità varjabbli intiżi għal użu domestiku – Deċiżjoni li temenda l-impenji li saru vinkolanti – Kundizzjonijiet ġenerali għar-reviżjoni tal-impenji – Klawżola ta’ eżami mill-ġdid iktar iffokata – Kundizzjoni relatata mal-bidla fl-istruttura tas-suq – Żball ta’ liġi”
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Italia Wanbao-ACC Srl (Borgo Valbelluna, l-Italja) (rappreżentanti: P. Ferrari u F. Filì, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Ernst, S. Baches Opi u G. Conte, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Nidec Corp. (Kyoto, il-Ġappun) (rappreżentanti: F. Montag u A. Van Cauwelaert, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3118 final tal-15 ta’ Mejju 2020, li temenda l-impenji li saru vinkolanti permezz tad-Deċiżjoni C(2019) 2734 final tat-12 ta’ April 2019, li awtorizzat il-konċentrazzjoni fil-Każ M.8947 Nidec/Whirlpool (Embraco Business).
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3118 final tal-15 ta’ Mejju 2020, li temenda l-impenji li saru vinkolanti permezz tad-Deċiżjoni C(2019) 2734 final tat-12 ta’ April 2019, li awtorizzat il-konċentrazzjoni fil-Każ M.8947 Nidec/Whirlpool (Embraco Business), hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Italia Wanbao-ACC Srl.
Nidec Corporation għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________
1 ĠU C378, 9.11.2020.