Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2011 - Acetificio Marcello de Nigris vs Il-Kummissjoni
"Rikors għal annullament - Reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika protetta - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà"
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Acetificio Marcello de Nigris Srl (Afragola, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Rasmussen, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri et S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 583/2009, tat-3 ta' Lulju 2009, li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto Balsamico di Modena (IGP)] (ĠU L 175, p. 7).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta' Consorzio Filiera Aceto balsamico di Modena.
Acetificio Marcello de Nigris Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-Repubblika Taljana u l-Consorzio Filiera Aceto balsamico di Modena għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
____________1 - ĠU C 256, 24.10.2009.