Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fid-19 ta’ Diċembru 2023 – “Tauritus” UAB vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C782/23, Tauritus)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: “Tauritus” UAB
Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Intervenjent: Kauno teritorinė muitinė
Domandi preliminari
L-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-paragrafu 1 tiegħu ma japplikax għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, fejn fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali u abbażi tal-bejgħ li seħħ immedjatament qabel l-introduzzjoni tal-merkanzija fit-territorju doganali, ikun magħruf biss il-prezz li għandu jitħallas provviżorjament, li sussegwentement (jiġifieri wara l-preżentata tad-dikjarazzjoni u r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija) jiġi aġġustat ’il fuq jew ’l isfel skont ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-partijiet fit-tranżazzjoni u mhux magħrufa fil-mument tal-preżentata tad-dikjarazzjoni?1
L-Artikolu 173(3) tar-Regolament Nru 952/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dikjarant ma għandux l-obbligu li jitlob lill-awtoritajiet doganali aġġustament tal-valur għal skopijiet doganali stabbilit u ddikjarat skont l-Artikolu 74 ta’ dan ir-regolament meta, bħal f’dan il-każ, il-prezz li effettivament għandu jitħallas għall-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 70(1) dan ir-regolament, li ma kienx u li ma setax ikun magħruf fil-mument tal-preżentata tad-dikjarazzjoni, isir magħruf wara r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera ta’ din il-merkanzija?
____________
1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.