Ritratti

Ir-ritratti fit-taqsima Spazju ddedikat għall-Midja tas-sit internet jistgħu jiġu rriprodotti bl-eċċezzjonijiet imsemmija hawn taħt.

Il-parti l-kbira minnhom jistgħu jiġu rriprodotti u jistgħu jiġu suġġetti għal bidliet żgħar bħal qtugħ, tibdil tad-daqs jew aġġustament tal-kulur.

Oħrajn għandhom jiġu rriprodotti fl-intier tagħhom, mingħajr bidliet. Jekk dan ikun il-każ, dan jiġi indikat fid-deskrizzjoni tar-ritratt.

Meta tirriproduċi ritratti għandek issemmi d-detentur tad-drittijiet tal-awtur, © L-Unjoni Ewropea u l-isem tal-fotografu. Dan l-isem għandu jingħata għal kull ritratt.

Ir-ritratti tal-binjiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rriprodotti fis-sit internet jistgħu jkunu suġġetti għad-drittijiet tal-awtur li ma jkunux miżmuma mill-Unjoni Ewropea. Sabiex tuża dawn ir-ritratti għandek titlob l-awtorizzazzjoni direttament mingħand id-diżinjatur ta’ dan il-bini, il-perit Dominique Perrault.