L-istess dritt tal-Unjoni għal kulħadd: kif taħdem il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

Ejja nagħtu ħarsa mill-qrib lejn il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-mekkaniżmu li jiżgura li l-Istati Membri kollha jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni bl-istess mod. Meta pajjiż jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, kemm jekk fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent, tad-drittijiet taċ-ċittadini jew kwalunkwe qasam ieħor, il-Kummissjoni Ewropea, bħala gwardjan tat-Trattati, tista’ tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Jekk il-pajjiż jibqa’ jonqos milli jikkonforma, il-kawża tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ir-référendaire Stanislas Adam jispjega kif jaħdem dan il-mekkaniżmu uniku, għaliex hu importanti, u l-konsegwenzi reali li jista’ jkollu.