Nista’ niġi rrifjutat impjieg minħabba l-lingwa?

Sa liema punt jista’ jkun mistenni minn dak li jkun li jkollu ħakma ta’ lingwa partikolari sabiex jagħmel eżami f’kompetizzjoni jew japplika għal impjieg, mingħajr ma ssir diskriminazzjoni mhux iġġustifikata? Il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddetermina kif il-bżonnijiet prattiċi tal-persuni li jimpjegaw għandhom jiġu rrikonċiljati mad-diversità lingwistika u mal-ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati.