Il-Bini
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilha stabbilita fil-Lussemburgu sa mill-ħolqien tagħha fl‑1952.
L-ewwel Palazz infetaħ fl‑1973 fiż-żona ta’ Kirchberg. Dan kien l-ewwel bini mfassal għall-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kumpless ġie estiż fis-snin 80 u 90 biż-żieda tal-bini Erasmus, Thomas More u Themis.
Fis-snin 2000, il-Palazz oriġinali ġie rrinnovat kompletament u nbnew erba’ binjiet ġodda: l-Anell, it-Torrijiet Comenius u Montesquieu, kif ukoll il-Gallerija. It-tielet torri, it-Torri Rocca, ġie inawgurat fl‑2019.
Illum il-ġurnata, il-kumpless immobiljari tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa kkostitwit minn numru ta’ binjiet, li l-wiċċ mibni tagħhom huwa ta’ 177 661 m2. It-Torri Rocca, b’għoli ta’ 118‑il metru huwa l-ogħla binja fil-pajjiż.
Dan il-kumpless jilqa’ l-uffiċċji tal-Membri u d-dipartimenti kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fih ukoll 11‑il awla fejn jinżammu s-seduti pubbliċi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.
Il-Palazz
Il-Palazz attwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilu jirrappreżenta d-dimensjoni pubblika tal-ġustizzja tal-Unjoni mill‑2008. Huwa fih ħames awli fejn jinżammu s-seduti għas-sottomissjonij...
L-Anell
L-Anell, li jinsab madwar il-Palazz, huwa l-qalba tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jilqa’ fih l-uffiċċji tal-Imħallfin u tal-Avukati Ġenerali, kif ukoll is-swali fejn jinżammu d-deliberazzjonijiet.
Il-Binja Themis
Il-binja Themis fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ngħatat l-isem Themis, l-alla Griega tal-Ġustizzja u s-simbolu tad-dritt, tal-ekwilibriju u tal-awtorità ġudizzjarja, kif ukoll l-ispirazzjon...
Il-Binja Thomas More
Il-binja Thomas More fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ngħatat l-isem għal Sir Thomas More, avukat, imħallef u filosofu, li kien favur il-ġustizzja u baqa’ sod fit-twemmin tiegħu. Inawgurata ...
Il-Binja Erasmus
Il-binja Erasmus fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ngħatat l-isem għall-umanist tar-Rinaxximent Desiderius Erasmus, sabiex tonora l-wirt tiegħu ta’ edukazzjoni, skambju kulturali u ħsieb indi...
It-Torri Comenius
It-Torri Comenius fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ngħata l-isem għal Jan Amos Komenský, filosofu u għalliem li kien l-ewwel difensur tal-edukazzjoni universali u għall-firxa tal-multilingwi...
It-Torri Montesquieu
It-Torri Montesquieu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ngħata l-isem għal Charles-Louis de Secondat de la Brède, il-baruni ta’ Montesquieu, li x-xogħol tiegħu witta l-pedamenti għall-prinċipj...
It-Torri Rocca
It-Torri Rocca fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ngħata l-isem għal Giustina Rocca, l-ewwel avukata mara fl-istorja, sabiex jenfasizza l-impenn tiegħu favur ugwaljanza fl-aċċess għad-dritt u ...
Il-Gallerija
Il-Gallerija hija triq interna li tgħaqqad il-binjiet kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u tippermetti aċċess mgħaġġel u faċli tul il-kumpless kollu.
L-istorja tal-bini
Din il-paġna tesplora l-iżvilupp tal-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija tispeċifika l-istadji importanti prinċipali, sa mill-istabbiliment provviżorju tagħha fil-Lussemburgu fl‑1952...
