Għalfejn teżisti l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-organu ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tagħha huwa li tiżgura li l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jiġu osservati mill-istituzzjonijiet u mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u jiġu applikati bl-istess mod madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Dan jiżgura li l-Unjoni Ewropea hija organizzazzjoni bbażata fuq l-Istat ta’ dritt, element fundamentali tal-entitajiet demokratiċi kollha.