Aħbarijiet
-
Bibien Miftuħa 2026: Skopri l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fis‑17 ta’ Ottubru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se torganizza l-avveniment annwali tagħha, Bibien Miftuħa. Miftuħ għal viżitaturi ta’ kull età, l-avveniment joffri opportunità unika biex tesplora l-Qorti tal-Ġustizzja, titgħallem dwar ix-xogħol tagħha u tiltaqa’ mal-persuni li jagħmlu dan possibbli.
-
Żjara lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Fit‑12 ta’ Ottubru 2026, delegazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea żaret lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Id-delegazzjoni attendiet għal diskors ta’ merħba minn Mattias Guyomar, il-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u pparteċipat f’numru ta’ sessjonijiet ta’ xogħol.
-
Dħul fil-kariga tar-Reġistratur il-ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja
Wara r-riżenja ta’ Alfredo Calot Escobar, li kien jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mis‑6 ta’ Ottubru 2010, Vittorio Di Bucci nħatar mill-Imħallfin u mill-Avukat Ġenerali bħala r-Reġistratur tal‑Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Settembru 2026, għal perijodu ta’ sitt snin, jiġifieri mit‑8 ta’ Ottubru 2026 sas‑7 ta’ Ottubru 2032.
Fittex kawżi
Streaming
Aġenda Ġudizzjarja
Focus
Flash News National decisions of interest to the EU 3/26
Bibien Miftuħa 2026: Skopri l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fis‑17 ta’ Ottubru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se torganizza l-avveniment annwali tagħha, Bibien Miftuħa. Miftuħ għal viżitaturi ta’ kull età, l-avveniment joffri opportunità unika...
Selezzjoni Annwali tas-Sentenzi Ewlenin
Is-Selezzjoni tas-Sentenzi Ewlenin tiġi ppubblikata kull sena. Hija jkollha sunti tas-sentenzi l-iktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tas-sena ta’ qabel. Hija tkun disponibbli...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
