Aħbarijiet
-
Il-Gran Final tal-Konkors THEMIS 2026
Il-Gran Final tal-Konkors THEMIS 2026, li ser jiffoka fuq il-protezzjoni ġudizzjarja fl-UE, ser isir mit‑30 ta’ Novembru sat‑3 ta’ Diċembru fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Tmien timijiet ta’ trainees ġudizzjarji minn madwar l-Ewropa ser jipparteċipaw f’sensiela ta’ eżerċizzji maħsuba sabiex jevalwaw il-ħiliet tagħhom ta’ analiżi u ta’ komunikazzjoni.
-
Hearing: Case C-686/25 Madynou
On 24 November 2026, the Court of Justice will hear Case C-686/25 Madynou, concerning whether national courts have jurisdiction to hear claims for damages concerning the personal liability of a European Delegated Prosecutor for acts or omissions in the performance of their duties.
-
Laqgħa annwali tal-korrispondenti tan-NĠUE 2026
Fit-13 ta’ Novembru 2026, delegazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ħadet sehem fil-laqgħa annwali tal-korrispondenti tan-Network Ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea, organizzat mir-Raad van State f’Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi. Il-programm iffoka fuq il-futur tal-kooperazzjoni fi ħdan in-Network u fuq l-użu tal-ġurisprudenza minn Stati Membri oħra.
Fittex kawżi
Streaming
Aġenda Ġudizzjarja
Focus
Flash News National decisions of interest to the EU 3/26
Tentattivi ta’ frodi
Frodi b’għemil qarrieqi permezz ta’ posta elettronika/telefonata falza
Selezzjoni Annwali tas-Sentenzi Ewlenin
Is-Selezzjoni tas-Sentenzi Ewlenin tiġi ppubblikata kull sena. Hija jkollha sunti tas-sentenzi l-iktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tas-sena ta’ qabel. Hija tkun disponibbli...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
