Aħbarijiet
-
Dħul fil-kariga tar-Reġistratur il-ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja
Wara r-riżenja ta’ Alfredo Calot Escobar, li kien jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mis‑6 ta’ Ottubru 2010, Vittorio Di Bucci nħatar mill-Imħallfin u mill-Avukat Ġenerali bħala r-Reġistratur tal‑Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Settembru 2026, għal perijodu ta’ sitt snin, jiġifieri mit‑8 ta’ Ottubru 2026 sas‑7 ta’ Ottubru 2032.
-
Dħul fil-kariga ta’ żewġ membri ġodda tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ Settembru 2026, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ħatru, bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, lil Andria Buhagiar u lil Ivan Stoynev għall-perijodu ta’ bejn il‑5 ta’ Ottubru 2026 u l‑31 ta’ Awwissu 2031.
-
Żjara mill-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tar-Rumanija
Nhar il-5 u s-6 ta’ Ottubru 2026, delegazzjoni mill-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tar-Rumanija żaret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ħadet sehem f’sensiela ta’ sessjonijiet ta’ xogħol u attendiet seduta.
Fittex kawżi
Streaming
Aġenda Ġudizzjarja
Focus
Flash News National decisions of interest to the EU 3/26
Bibien Miftuħa 2026: Skopri l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fis‑17 ta’ Ottubru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se torganizza l-avveniment annwali tagħha, Bibien Miftuħa. Miftuħ għal viżitaturi ta’ kull età, l-avveniment joffri opportunità unika...
Selezzjoni Annwali tas-Sentenzi Ewlenin
Is-Selezzjoni tas-Sentenzi Ewlenin tiġi ppubblikata kull sena. Hija jkollha sunti tas-sentenzi l-iktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tas-sena ta’ qabel. Hija tkun disponibbli...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
