Repertorju tal-Ġurisprudenza

X’inhu r-Repertorju tal-Ġurisprudenza?

Ir-Repertorju tal-Ġurisprudenza fih katina ta’ kliem gwida u sunti għal kull sentenza jew digriet. Dawn jenfasizzaw il-punti ta’ liġi essenzjali deċiżi. Jinkludu wkoll inklużi referenzi għall-punti rilevanti tad-deċiżjoni. Huwa jiġi aġġornat kull ġimgħa.

X’fih ir-Repertorju?

Kull daħla fir-Repertorju fiha katina ta’ kliem gwida u sunti li jittrażmettu b’mod konċiż is-sustanza tad-deċiżjoni jew tad-deċiżjonijiet tal-Qorti inkwistjoni.

Kull katina ta’ kliem gwida fih link għad-deċiżjoni inkwistjoni u indikazzjoni tal-punti tad-deċiżjoni li tirreferi għalihom. Ċerti kliem gwida jiġu wkoll segwiti minn sunt, li jippreżenta l-punti ta’ liġi fundamentali u, għal ċerti deċiżjonijiet, il-fatti tad-deċiżjoni kkonċernata.

F’kull taqsima tal-pjan ta’ klassifikazzjoni, kull daħla tiġi ppreżentata b’mod kronoloġiku skont id-data tad-deċiżjoni rilevanti. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, meta l-katina ta’ kliem gwida jew is-sunt ta’ deċiżjoni ġdida tiġi identika għal daħla eżistenti, jiżdied biss riferiment għad-deċiżjoni l-ġdida u għall-punti rilevanti ta’ dik id-deċiżjoni.

Ir-Repertorju tal-Ġurisprudenza huwa disponibbli biss bil-Franċiż.

Pjan ta’ klassifikazzjoni tal-ġurisprudenza

Għall-ġurisprudenza mill‑1954 sal‑2009, ir-Repertorju huwa maqsum fi tmien taqsimiet. Fl‑2010, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ġie introdott pjan ta’ klassifikazzjoni ġdid, maqsum f’disa’ taqsimiet. Saru referenzi mis-sistema ta’ klassifikazzjoni l-qadima lejn dik ġdida sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn waħda għall-oħra.

Kull intestatura hija maqsuma f’ħafna kapitoli u subkapitoli li jirrappreżentaw total ta’ iktar minn 1500 intestatura ta’ klassifikazzjoni.

 

Pjan sistematiku wara t-Trattat ta' Lisbona
(applikat għall-ġurisprudenza mill-2010)

  1. Is-sistema ġuridika tal-Unjoni Ewropea
  2. Il-kuntest istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea
  3. Il-kontenzjuż
  4. Il-politika interna tal-Unjoni Ewropea
  5. L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej
  6. Il-politika esterna
  7. Id-dispożizzjonijiet ġenerali u finali
  8. L-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda
  9. Is-Servizz Pubbliku

 

Pjan sistematiku qabel it-Trattat ta' Lisbona
(applikat għall-ġurisprudenza mill-1954 sal-2009)

  1. Is-sistema ġuridika Komunitarja
  2. Il-Komunità Ewropea (KEE/KE)
  3. Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA)
  4. Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA)
  5. Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi
  6. Il-Funzjoni Pubblika
  7. L-Unjoni Ewropea (UE)
  8. Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali