Il-protezzjoni tad-data fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiżgura li tikkonforma ruħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data meta tipproċessa d-data tiegħek waqt li tkun qed tikkonsulta s-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din il-paġna tiddeskrivi kif id-data tiegħek tista’ tiġi pproċessata meta tuża dan is-sit internet.
L-Unjoni Ewropea hija impenjata favur il-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali, prinċipji li huma rrispettati wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, inkluż ir-Regolament (UE) 2018/1725, li jirregola l-protezzjoni tad-data personali pproċessata mill-istituzzjonijiet u mill-aġenziji tal-Unjoni, fl-attivitajiet kollha tagħha. Dan jestendi wkoll għas-salvagwardja tad-data tiegħek waqt li żżur is-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Konsultazzjoni u użu tas-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja
Meta tikkonsulta jew tuża s-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja, ċerta data personali tista’ tiġi pproċessata sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tagħha.
Formoli
Is-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja fih formoli ta’ kuntatt li jippermettulek tikkuntattja jew tibgħat talbiet lil dipartimenti differenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-formoli jobbligawk tipprovdi ċerta data personali sabiex it-talbiet jiġu pproċessati b’mod effettiv.
Id-dipartimenti li jkunu jeħtieġu din l-informazzjoni jipproċessawha skont ir-Regolament (UE) 2018/1725. Kull formola jkollha magħha “nota ta’ informazzjoni” dwar il-protezzjoni tad-data li tispjega
- kif u għaliex tkun ser tintuża d-data tiegħek
- is-suġġett tal-ipproċessar tad-data
- min ikun responsabbli għall-ipproċessar tad-data (il-kontrollur tad-data)
- id-drittijiet tiegħek dwar il-protezzjoni tad-data
- lil min tkun tista’ tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet
Cookies
Is-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja juża cookies sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu u sabiex jiffaċilita n-navigazzjoni.
F’xi każijiet, il-cookies ta’ terzi jistgħu jiġu installati fuq l-apparat tiegħek, pereżempju, meta taċċetta t-traċċament tan-navigazzjoni tiegħek għal ħtiġijiet relatati mal-analiżi u mat-titjib tas-sit internet.
Għal iktar informazzjoni dwar l-użu tal-cookies u kif għandhom jitħassru jew ma tirċevihomx, ara l-paġna tagħna dwar Cookies.
Midja soċjali
Il-Qorti tal-Ġustizzja tuża pjattaformi bħal YouTube, X, Instagram, Threads, Bluesky, Mastodon, Whatsapp u LinkedIn sabiex taqsam informazzjoni u aġġornamenti. Dawn il-pjattaformi huma amministrati mid-Direttorat għall-Komunikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Tista’ wkoll taqsam il-kontenut tas-sit Curia permezz ta’ Facebook, X, LinkedIn u Bluesky. Dawn il-pjattaformi jsiru aċċessibbli billi tagħfas fuq l-ikoni tagħhom fejn jidhru fis-sit internet. Meta tagħmel dan, tħalli s-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja, u għalhekk id-data tiegħek tiġi pproċessata bħala parti mill-politika ta’ ħajja privata tal-pjattaforma magħżula.
“Whoiswho”
Is-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja fih link għad-direttorju uffiċjali tal-Unjoni, li huwa amministrat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Meta tagħfas fuq din il-link, titlaq mis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-data tiegħek tiġi pproċessata bħala parti mill-politika ta’ ħajja privata tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
Informazzjoni u kuntatt
Informazzjoni
Għal iktar informazzjoni dwar l-ipproċessar mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-data personali bħala Istituzzjoni, ara l-paġna tagħna dwar il-protezzjoni tad-data fil-Qorti tal-Ġustizzja. Tista’ tikkonsulta wkoll ir-reġistru ċentrali tal-attivitajiet ta’ pproċessar.
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) għandu jiżgura li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonforma ruħha mar-Regolament (UE) 2018/1725 f’attivitajiet mhux ġudizzjarji. L-UPD jagħti pariri wkoll lill-kontrolluri tad-data tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali.
Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar ta’ data personali relatata mal-użu tas-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ tuża l-formola ta’ kuntatt sabiex tikkuntattja lill-UPD.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) huwa awtorità indipendenti li jieħu ħsieb tal-protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja meta taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha.
Jekk tqis li d-data tiegħek tkun ġiet ipproċessata b’mod żbaljat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, tista’ tressaq ilment quddiem l-EDPS.
