Kif tasal il-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tinsab fid-distrett ta’ Kirchberg fil-Lussemburgu. Is-sistema ta’ trasport pubbliku tal-Lussemburgu hija mingħajr ħlas u toffri diversi għażliet sabiex wieħed jasal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Hija tinsab ukoll qrib in-network tal-awtostradi tal-Lussemburgu.
Indirizz
L-indirizz uffiċjali tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa:
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
L‑2925 il-Lussemburgu
Kif nista’ nidħol fil-Qorti tal-Ġustizzja?
Il-gruppi ta’ viżitaturi u l-viżitaturi individwali għandhom jużaw id-daħla ta’ Rue Charles-Léon Hammes.
- Koordinati GPS: N 49.622263, E 6.143009
Il-viżitaturi b’diżabbiltà huma mistiedna jużaw id-daħla ta’ Rue du Fort Niedergrünewald.
Il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll il-membri tal-persunal ta’ istituzzjonijiet oħra, għandhom jużaw id-daħla ta’ Rue du Fort Niedergrünewald.
- Koordinati GPS: N 49.621036, E 6.143116
Kif nasal il-Qorti tal-Ġustizzja?
Trasport pubbliku
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija aċċessibbli permezz ta’ diversi mezzi ta’ trasport pubbliku. It-trasport pubbliku fil-Lussemburgu huwa mingħajr ħlas.
Tista’ ssib il-ħinijiet iddettaljati u l-aġġornamenti fis-sit internet tat-trasport pubbliku tal-Lussemburgu.
L-eqreb waqfiet tat-tram huma:
- Philharmonie/Mudam
- Parlement Européen
L-eqreb waqfiet tal-karozzi tal-linja huma:
- Kirchberg, B.E.I.
- Niedergrünewald
- Kirchberg, Jean Monnet
Bil-ferrovija
L-istazzjon ċentrali tal-Lussemburgu huwa biss vjaġġ qasir b’karozza tal-linja jew bit-tram bogħod mill-Qorti tal-Ġustizzja.
L-eqreb stazzjon tal-ferrovija huwa Pfaffenthal-Kirchberg. Funikular jgħaqqad l-istazzjon tal-ferrovija mad-distrett ta’ Kirchberg u jinsab ftit bogħod mill-Qorti tal-Ġustizzja, distanza li tista’ timxiha.
Tista’ ssib il-ħinijiet iddettaljati tal-ferrovija fis-sit internet ta’ CFL.
Bil-karozza
Jekk tiġi l-Qorti tal-Ġustizzja bil-karozza, l-eqreb ħruġ mill-awtostrada huwa l-ħruġ Nru 8 fuq l-awtostrada A1 (E44), indikat Plateau de Kirchberg. L-eqreb parkeġġ pubbliku huwa l-“Parking Place de l’Europe”.
