Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri

L-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni elenkati fir-Regolament 1/58 ma humiex l-istess bħal-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri. Fil-fatt, uħud minn dawn il-lingwi bħal-lingwa Lussemburgiża (lingwa uffiċjali fil-Lussemburgu flimkien mal-Ġermaniż u mal-Franċiż) ma humiex lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Qabel ma jaderixxi mal-Unjoni, kull Stat Membru futur għandu jindika l-lingwa li jkun irid juża bħala lingwa uffiċjali fil-kuntest tal-Unjoni. Il-lista tal-lingwi uffiċjali hija għalhekk evoluttiva. Jiżdiedu lingwi fl-okkażjoni ta’ adeżjonijiet ġodda u jistgħu eventwalment jitneħħew fil-każ ta’ ħruġ mill-Unjoni Ewropea. Il-klawżola ta’ ħruġ s’issa ntużat darba biss mir-Renju Unit, li l-lingwa uffiċjali tiegħu fi ħdan l-Unjoni kienet il-lingwa Ingliża. Madankollu, din il-lingwa ma tneħħietx minn fost il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni peress li hija lingwa uffiċjali, fuq livell nazzjonali, f’żewġ Stati Membri (l-Irlanda u Malta) u tintuża wkoll ta’ spiss bħala lingwa funzjonali fl-istituzzjonijiet Ewropej jew fil-kummerċ internazzjonali: il-vot unanimu tal-Istati Membri fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea meħtieġ għal tali tħassir ma ġiex previst.

Ma’ kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni huwa assoċjat kodiċi ISO (International Organization for Standardization), li jintuża b’mod partikolari biex jiġu identifikati l-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-istess dokument:

 

Denominazzjoni tal-oriġini

Isem komuni

Kodiċi ISO

български

Bulgaru

BG

español

Spanjol

ES

čeština

Ċek

CS

dansk

Daniż

DA

Deutsch

Ġermaniż

DE

eesti keel

Estonjan

ET

ελληνικά

Grieg

EL

English

Ingliż

EN

français

Franċiż

FR

Gaeilge

Irlandiż

GA

hrvatski

Kroat

HR

italiano

Taljan

IT

latviešu valoda

Latvjan

LV

lietuvių kalba

Litwan

LT

magyar

Ungeriż

HU

Malti

Malti

MT

Nederlands

Olandiż

NL

polski

Pollakk

PL

português

Portugiż

PT

română

Rumen

RO

slovenčina (slovenský jazyk)

Slovakk

SK

slovenščina (slovenski jezik)

Sloven

SL

suomi

Finlandiż

FI

svenska

Svediż

SV