Marc Jaeger

Imħallef

Bijografija

Imwieled fl‑1954 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Marc Jaeger kiseb master fid-dritt mill-université Robert Schuman fi Strasbourg (l-Università Robert Schuman, Franza) fl‑1979 u kompla l-istudji tiegħu fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju), li tah diploma ta’ studji Ewropej approfonditi fl‑1980.

Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu fl‑1981, M. Jaeger eżerċita l-professjoni ta’ avukat sal‑1983. Sussegwentement inħatar attaché legali ddelegat mal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tal-Lussemburgu u eżerċita dawn il-funzjonijiet għal sena qabel ma nħatar imħallef fit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu), mill‑1984 sal‑1986.

Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Avukat Ġenerali Jean Mischo li miegħu kkollabora mill‑1986 sal‑1988, u sussegwentement ngħaqad mal-uffiċċju tal-imħallef G. Federico Mancini mill‑1988 sal‑1996.

Minbarra l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, M. Jaeger jgħallem bħala lettur fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu) mill‑2003 iżda wkoll, mill‑2015, fi ħdan il-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli (l-Università Libera Internazzjonali tal-Istudju Soċjali “Guido Carli”, l-Italja). Mill‑2001 sal‑2018, huwa ppresjeda l-Institut universitaire international Luxembourg (l-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu, IUIL) u, mill‑2011 sal‑2016, il-Kunsill ta’ Governanza tal-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu).

M. Jaeger inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fil‑11 ta’ Lulju 1996 u serva bħala President ta’ Awla f’din il-qorti mill‑10 ta’ Settembru 2004 sal‑31 ta’ Awwissu 2007. Elett minn sħabu fil-funzjoni ta’ President tal-Qorti Ġenerali, huwa eżerċita din il-funzjoni f’erba’ mandati suċċessivi, mis‑17 ta’ Settembru 2007 sas‑26 ta’ Settembru 2019.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

Membru fundatur u President tal-Observatoire luxembourgeois de droit européen (OLDE)

Membru tas-Societas Iuris Publici Europaei e.V. (SIPE)

Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revue européenne de droit de la consommation (REDC)

Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tad-Diritto e Politiche dell’ Unione Europea (DPUE)

Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-iStudi sull'Integrazione europea (SIE)

Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revue critique trimestrielle de jurisprudence et de législation (KritV - CritQ - RCrit)

Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista Română de Drept European (RRDE)

Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fondation Kräizbierg (il-Lussemburgu)

President tal-Fondation ADIPH (il-Lussemburgu)

Membru tal-Kumitat tal-Għorriefa tal-Luxembourg School of Religion & Society (LSRS)                         

Titoli u onorifiċenzi

Kavallier tal-Ordni Gran-Dukali tal-Kuruna tal-Ballut (1999)

Uffiċjal tal-Mertu tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (2004)

Cavaliere di Gran Croce ordine al merito della Repubblica italiana (2009)

Kavallier tal-Légion d’honneur (Franza) (2010)

Dottore in Giurisprudenza Honoris causa, Università degli Studi del Sannio (Benevento, l-Italja) (2013)

Honorary Bencher, Middle Temple (Londra, ir-Renju Unit) (2016)