Ezio Perillo

Membru Preċedenti

Bijografija

imwieled fl-1950; dottorat fid-dritt u avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Padova; assistent, u wara riċerkatur ikkonfermat fid-dritt ċivili u fid-dritt ikkomparat fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1977-1982); lecturer fid-dritt Komunitarju fil-Collège d’Europe (Parma, 1990-1998), fil-fakultajiet tal-liġi tal-Università ta’ Padova (1985-1987), ta’ Macerata (1991-1994), ta’ Napoli (1995) u fl-Università Statali ta’ Milano (2000-2001); membru tal-kumitat xjentifiku tal-Master in European integration fl-Università ta’ Padova; uffiċjal fi ħdan id-Direttorat tal-Bibljoteka, Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1982-1984); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali G. F. Mancini (1984-1988); konsulent legali tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, E. Vinci (1988-1993); Kap ta’ Diviżjoni fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (1995-1999); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi u tal-konċiljazzjonijiet, tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew (1999-2004); Direttur tar-relazzjonijiet esterni tal-Parlament Ewropew (2004-2006); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi fis-servizz legali tal-Parlament Ewropew (2006-2011); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fid-dritt ċivili Taljan u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016 sad-26 ta' Settembru 2019.