Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

L-elementi essenzjali

Post :
Il-Lussemburgu
Skadenza :
24/06/2026
Grad :
Il-Membri
Tip ta’ kuntratt :
Il-Membri

Il-pożizzjoni ta’ Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dalwaqt ser tkun vakanti. Ir-Reġistratur ser jinħatar skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 18 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-Reġistratur jinħatar għal mandat ta’ 6 snin. L-istatus tiegħu u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu huma rregolati mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 tad‑29 ta’ Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta’ persuni f’karigi pubbliċi għolja tal-UE.

Natura tal-kariga

Ir-Reġistratur jassisti lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħha. Għal dan l-għan, huwa jwettaq il-karigi deskritti fl-Artikolu 20 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Barra minn hekk, ir-Reġistratur huwa s-Segretarju Ġenerali tal-istituzzjoni, li hija komposta minn żewġ qrati, jiġifieri l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa jiżgura l-amministrazzjoni tal-istituzzjoni u jmexxi l-persunal u d-dipartimenti tagħha. B’delega tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa jeżerċita l-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti tal-krediti msemmija fil-baġit tal-istituzzjoni.

Kompetenzi meħtieġa

Il-kandidati:

  • għandhom ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
  • għandu jkollhom taħriġ legali sħiħ iċċertifikat b’lawrea universitarja kif ukoll konoxxenza approfondita tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-funzjonament tal-qrati tagħha;
  • għandu jkollhom 15‑il sena esperjenza professjonali, li parti sinjifikattiva minnhom tkun f’karigi ta’ responsabbiltà ta’ livell għoli ħafna;
  • għandu jkollhom konoxxenza tajba ħafna tal-lingwa Ingliża u dik Franċiża. Konoxxenza ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea tiġi apprezzata.

Preżentazzjoni tal-kandidaturi

Il-kandidaturi għandhom jaslu għand il-Qorti tal-Ġustizzja, permess tal-posta elettronika biss, fl-indirizz elettroniku Greffier.CJUE@curia.europa.eu mhux iktar tard mill‑24 ta’ Ġunju 2026 f’12:00.

Il-kandidaturi għandhom jinkludu (i) curriculum vitae li tagħti l-informazzjoni kollha dwar in-nazzjonalità, il-kwalifiki universitarji, il-konoxxenzi lingwistiċi, l-impjiegi attwali u preċedenti kif ukoll l-esperjenza ġudizzjarja u internazzjonali potenzjali tal-kandidati, u (ii) espożizzjoni qasira dwar il-viżjoni tal-kandidat dwar l-eżerċizzju tal-pożizzjoni vakanti (massimu ta’ 5 paġni).

Applika issa