EU Legal Summer School 2026

It-Tlieta 30 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea laqgħet il-parteċipanti tat-tieni EU Legal Summer School. Iż-żjara lill-Qorti tal-Ġustizzja kienet tifforma parti mill-programm tas-Summer School ta’ tul ta’ ġimgħa ta’ job-shadowing fil-Lussemburgu.

Il-programm huwa organizzat mil-Legal Hub of Excellence, grupp ta’ ħidma ta’ esperti ta’ livell għoli minn diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bbażati fil-Lussemburgu, bl-appoġġ tal-International Federation of European Law (FIDE). Il-programm huwa mfassal għall-istudenti tal-Masters, tal-PhD u postdottorali li jispeċjalizzaw fid-dritt tal-Unjoni mill-Unjoni Ewropea kollha u li huma ħerqana li jiksbu esperjenza tad-dritt tal-Unjoni b’mod attiv.

Filgħodu, il-parteċipanti ġew milqugħa minn Celestina Iannone, Direttriċi tad-Direttorat għar-Riċerka u għad-Dokumentazzjoni.

Imbagħad huma kienu preżenti għal briefing fuq il-Kawża C‑12/25, Bisdom Gent, u wara għas-seduta quddiem l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-programm ta’ filgħodu ġie konkluż bi preżentazzjoni dwar ix-xogħol tar-Reġistru.

Waranofsinhar, il-parteċipanti ħadu sehem f’sensiela ta’ preżentazzjonijiet u workshops fejn iltaqgħu ma’ Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u persunal, fejn ġew ittrattati suġġetti li kienu jinkludu

  • il-Bibljoteka tal-Qorti tal-Ġustizzja
  • ir-rwol ta’ référendaire ta’ Mħallef
  • ir-rwol tal-Avukat Ġenerali

L-EU Legal Summer School tifforma parti mill-impenn tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippromwovi fehim iktar fil-fond tas-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni, fost il-ġenerazzjoni li tiela’ ta’ studenti u ta’ prattikanti tad-dritt tal-Unjoni.

Għal iktar informazzjoni dwar l-EU Legal Summer School, żur is-sit internet FIDE.