Ippubblikati l-proċedimenti ta’ konferenza tat-tielet edizzjoni ta’ “EUnited in Diversity”
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ppubblikat il-proċedimenti ta’ konferenza tat-tielet edizzjoni ta’ “EUnited in Diversity”, djalogu biannwali bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati kostituzzjonali, jew ekwivalenti, tal-Istati Membri.
It-tielet edizzjoni nżammet f’Sofija, il-Bulgarija, mit‑3 sal‑5 ta’ Settembru 2025, taħt l-awspiċi tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bulgarija. Il-konferenza esplorat il-kunċett ta’ “ġustizzja kostituzzjonali” fl-Unjoni Ewropea, permezz ta’ erba’ panels tematiċi li ffokaw fuq:
- l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri rregolata bil-prinċipju ta’ tqassim tal-kompetenzi
- il-protezzjoni tal-identità tal-Unjoni fi żminijiet ta’ kriżi
- ir-relazzjoni bejn id-dritt kostituzzjonali nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri
- l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-ordinament ġuridiku komuni
Bħala segwitu għall-konferenza, il-proċedimenti jiġbru flimkien il-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-kelliema matul l-avveniment. Il-volum jinkludi kontribuzzjonijiet bl-Ingliż u bil-Franċiż.
Il-proċedimenti huma disponibbli iktar ’l isfel.
